Kif se twassal lill-plejers tat-tim tiegħek biex jgħidu l-kelma SKRUN? Ma tistax tuża l-kelmiet: ‘vapur’, ‘baħar’, ‘dgħajsa’, ‘idur’, u ‘magna’. Haffef għax il-ħin għaddej.
MALTOPJA - F’tellieqa mal-ħin tridu dduru dawra mal-gżejjer Maltin u tlestu l-qadjiet tagħkom. Deċiżjonijiet bħall-għażla tal-mezz tat-trasport, minn liema toroq tgħaddu u fejn tieqfu, kollha jistgħu jgħinukom jew itellfukom fil-missjoni tagħkom.